1
국제어 에스페란토 운동에 대한 프라하 선언 / Il-Manifest ta’ Praga — на карэйскай і мальтыйскай мовах

Карэйска-мальтыйская кніга-білінгва

국제어 에스페란토 운동에 대한 프라하 선언

Il-Manifest ta’ Praga

전 세계 에스페란토의 발전을 위한 운동의 일원인 우리는 이 선언을 각국 정부와 국제 기구, 그리고 모든 인도주의자들에게 공표하고 이 선언에 표현된 목표를 향하여 나아갈 것임을 선언하며 모든 단결한 조직과 우리의 노력에 동참하려는 모든 사람들을 환영한다.

Aħna, membri tal-moviment dinji għall-użu ta’ l-Esperanto: nippreżentaw dal-manifest lill-gvernijiet, lill-għaqdiet internazzjonali u lin-nies ta’ rieda tajba, niddikjaraw li lesti nkomplu naħdmu għall-għanijiet fih imsemmija, u nistiednu lil kull għaqda u lil kulħadd jingħaqdu mal-ħidma tagħna.

에스페란토는 1887년 국제 소통을 원활히 하기 위한 보조어로서 창시되었으며 곧 활발하고 섬세한 언어로 발전하였다. 에스페란토는 이미 100년이 넘도록 언어와 문화의 장벽을 넘어 사람들과 소통하는 역할을 해 왔다. 그러나 아직도 이러한 에스페란토의 목표는 그 중요함과 긴급함을 조금도 잃지 않았다. 일부 민족어의 광역적 사용·통신 기술의 발달·새로운 언어 교육 기법의 발견도, 우리가 올바르고 효율적인 언어 질서에 불가결하다고 여기는 다음과 같은 원칙들을 달성하지 못한다.

L-Esperanto, mibdi fi-1887 bħala proġett ta’ lingwa sekondarja għall-ftehim internazzjonali, u wara li nbidel malajr f’lingwa ħajja u preċiża, issa ilu għal aktar minn mitt sena jiffunzjona biex jgħaqqad lill-bnedmin ’l hemm mill-fruntieri lingwistiċi u kulturali.

1. 민주주의

1. Demokrazija

일부에게 특권을 부여하고 나머지는 수년간 노력을 투자해도 열등한 능력밖에 얻지 못하게 하는 언어 체제는 근본적으로 비민주주의적이다. 다른 모든 언어처럼 에스페란토는 완벽하지 않지만 범세계적 의사 소통에 있어서는 다른 모든 언어를 능가한다.

Sistema ta’ komunikazzjoni, li tagħti privileġġ qawwi lil xi nies, u titlob minn oħrajn li jinvestu snin sħaħ ta’ xogħol biex imbagħad jilħqu grad aktar baxx ta’ riżultat, tmur bażikament kontra d-demokrazija. Għalkemm bħal kull lingwa oħra l-Esperanto mhux perfett, imma jogħla fuq kull rival fejn tidħol l-ugwaljanza dinjija tal-komunikazzjoni.

언어의 불평등은 국제적 규모를 포함한 모든 규모의 소통에 대한 불평등을 초래한다고 우리는 선언한다. 우리는 민주적 소통을 지지한다.

Aħna nħaqqu li, meta l-lingwi ma jkunux fuq l-istess livell, il-ftehim ukoll ma jkunx fuq l-istess livell, ukoll internazzjonalment. Aħna moviment għal ftehim internazzjonali.

2. 다국적 교육

2. Edukazzjoni ’l hemm mill-fruntieri

모든 민족어는 특정한 문화와 나라(들)에 연관되어 있다. 예를 들어 영어를 공부하는 학생은 영어 문화권(주로 미국과 영국)의 문화·지리·정치를 익히게 된다. 에스페란토를 공부하는 학생은 제한 없이 누구나 친숙한 전세계에 대하여 배운다.

Kull lingwa hi magħquda ma’ kultura preċiża u ma’ nazzjon preċiż. Ngħidu aħna, student li jistudja l-Ingliż jitgħallem fuq il-kultura, ġeografija u politika tal-pajjiżi fejn jitkellmu bl-Ingliż, l-aktar, l-Istati Uniti u l-Ingilterra. L-istudenti li jitgħallmu l-Esperanto jitgħallmu fuq dinja bla fruntieri, fejn kull pajjiż jippreżenta ruħu bħala dar.

특정 민족어를 통한 교육은 특정한 세계관과 연관되어 있다고 우리는 선언한다. 우리는 다국적 교육을 지지한다.

Aħna nħaqqu li l-edukazzjoni b’lingwa preċiża, tkun liema tkun, hi magħquda ma’ ħarsa preċiża fuq id-dinja. Aħna moviment għal edukazzjoni ’l hemm mill-fruntieri.

3. 교육학적 효율성

3. Pedagoġija li tħalli l-frott

외국어를 배우는 이 가운데 오직 소수만이 외국어를 유창하게 구사한다. 그러나 에스페란토는 독학을 통해서도 능숙히 구사할 수 있다. 다양한 연구 결과에 따르면 에스페란토를 먼저 배우는 것이 다른 언어를 배우는 데 효과가 있다고 한다. 또한 다른 과목에서, 약간의 기초 에스페란토를 학습자의 언어적 자각심을 일깨우기 위하여 포함시키는 것도 추천할 만하다.

Huma ftit dawk li jistudjaw lingwa barranija u jafuha sewwa. Imma l-Esperanto tista’ tasal biex titgħallmu sewwa, ukoll waħdek. Saru diversi studji biex juru l-frott pedagoġiku li jħalli l-Esperanto biex titgħallem lingwi oħra. Anzi jirrikmandaw l-Esperanto bħala bażi f’korsijiet ta’ lingwi oħra.

민족어의 난해함이 다개국어 구사의 이득을 얻는 데 방해가 된다고 우리는 선언한다. 우리는 효율적인 언어 교육을 지지한다.

Aħna nħaqqu li t-toqol tal-lingwi nazzjonali dejjem jaqtgħu qalb ħafna studenti li madankollu jistgħu japprofittaw billi jitgħallmu t-tieni lingwa. Aħna moviment għat-tagħlim ta’ lingwi li jħalli l-frott.

4. 다국어주의

4. Użu ta’ aktar minn lingwa waħda

에스페란토 공동체는 모든 일원이 다개국어를 구사하는 몇 안되는 세계적 언어 공동체의 하나다. 모든 구성원은 최소한 하나의 외국어를 회화 수준 이상으로 배운다. 이는 다개국어에 대한 지식과 애착을 기르고 더 나아가 개인적 시야를 넖히는 데 도움을 준다.

Il-komunita’ Esperantista hi waħda mill-ftit komunitajiet dinjija li jinteressaw ruħhom fil-lingwi, li n-nies li jitkellmuhom jagħrfu mingħajr eċċezzjoni żewġ lingwi jew aktar. Kull Esperantista ħa l-inkarigu li jitgħallem għallinqas lingwa waħda barranija sal-livell li jkun jaf jitħadditha. Ħafna drabi dan iwassal għall-għarfien u għall-imħabba lejn aktar lingwi u ġeneralment għal kultura personali aktar vasta.

크고 작은 모든 언어의 사용자가 외국어를 능통하게 익힐 기회를 가져야 한다고 우리는 선언한다. 우리는 이러한 기회를 마련하는 것을 지지한다.

Aħna nħaqqu li l-membri ta’ kull lingwa, kbira jew żgħira, għandu jkollhom iċ-ċans kollu biex jigħallmu t-tieni lingwa sa livell għoli ta’ komunikazzjoni. Aħna moviment li qed naħdmu għal dan il-għan.

5. 언어에 대한 권리

5. Drittijiet ta’ kull lingwa

각 언어의 불평등한 세력 분배 때문에 세계 인구의 상당수는 모어가 위협받거나 아예 억압되는 수난을 겪는다. 에스페란토 공동체에서는 크고 작은 공식적이거나 비공식적인 언어들의 사용자들이 서로 타협하여 중립적 지대에서 만날 수 있다. 이러한 언어에 대한 권리와 의무의 평형은 언어 불평등 및 언어 갈등에 대한 다른 해법을 발전시키고 평가할 수 있는 선례를 제공한다.

It-tqassim xejn ugwali ta’ qawwa bejn il-lingwi huwa riċetta kostanti għal nuqqas ta’ sigurta’ jew tjassir dirett tal-lingwa lill-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni tad-dinja. Fil-moviment Esperantista, dawk li jitkellmu lingwi wżati minn ħafna nies u dawk li jitkellmu lingwi wżati minn ftit nies, lingwi uffiċjali u dawk mhux uffiċjali, jiltaqgħu fuq kamp newtrali, minħabba r-rieda reċiproka li jilħqu kompromess. Din il-kwalita’ ta’ ekwilibriju bejn id-drittijiet u r-responsabilitajiet lingwistiċi joħolqu preċedent biex nevolvu u nittrattaw soluzzjonijiet oħra għall-inugwaljanza u konflitti tal-lingwi.

언어 간의 세력의 크나큰 불균형은 각종 국제 문서에 명시된 언어 평등권을 침해한다고 우리는 선언한다. 우리는 언어에 대한 권리를 지지한다.

Aħna nħaqqu li d-differenzi kbar bejn il-lingwi jimminaw il-garanziji espressi f’tant dokumenti internazzjonali dwar trattamemt ugwali mingħajr ebda distinzjoni minħabba l-lingwa. Aħna moviment favur id-drittijiet tal-lingwi.

6. 언어의 다양성

6. Diversita’ tal-lingwi

각국의 정부들은 세계 언어의 다양함을 소통과 발전에 대한 장애물로만 생각한다. 그러나 에스페란토 공동체에게는 언어의 다양성은 끊임없고 필수적인 풍요로움의 근원이다. 그러므로 모든 언어는 (생명체의 종과 마찬가지로) 고유의 가치를 지니며 보호되고 뒷받침되어야 한다.

Il-gvernijiet nazzjonali għandhom it-tendenza li jqisu d-diversita’ kbira tal-lingwi fid-dinja bħala xkiel għall-komunikazzjoni u l-iżvilupp. Iżda, għall-moviment Esperantista, id-diversita’ tal-lingwi hi nixxiegħa bla waqfien ta’ rikkezza li ma nistgħux ngħaddu mingħajrha. Għalhekk kull lingwa bħal kull speċi tal-ħolqien, hi siewja l-ewwel u qabel kollox għaliha nfisha, u wkoll ta’ min iħarisha u jsaħħaħha.

소통과 발전을 추구하는 정치적 세력들이 언어에 대한 존엄과 지지에 바탕을 두지 않으면 세상의 수많은 언어들을 멸종시킬 수 있다고 우리는 선언한다. 우리는 언어의 다양성을 지지한다.

Aħna nħaqqu li l-potilika ta’ komunikazzjoni u żvilupp jekk ma tkunx imsejsa fuq ir-rispett u s-sosten tal-lingwi kollha, tikkundanna għall-qerda dejjiema l-biċċa l-kbira tal-lingwi tad-dinja. Aħna moviment li ninkoraġġixxu d-diversita’ tal-lingwi.

7. 인류 해방

7. L-Emanċipazzjoni tal-bniedem

모든 언어는 그 사용자들을 해방시키기도 하고 제약시키기도 한다. 언어는 같은 언어를 쓰는 사람과 소통을 가능하게 하지만 다른 언어를 쓰는 사람과는 소통을 막는다. 만인의 소통 수단으로 설계된 에스페란토는 인류 해방에 대한, 다시 말해 그 누구나 개인으로서 인류 공동체에 참여할 수 있도록 하는, 가장 큰 사업 가운데 하나다. 에스페란토를 사용한 이러한 참여는 개인의 지역적 문화와 언어적 정체성에 바탕을 두지만 이로서 제약받지 않는다.

Kull lingwa teħles u xxekkel lil dawk li jitħaddtuha, għax waqt li tagħtihom is-setgħa li jikkomunikaw bejniethom, iċċaħħadhom milli jikkomunikaw mal-bnedmin l-oħra. L-Esperanto, imfassal bħala mezz ta’ komunikazzjoni universali, huwa wieħed mill-proġetti kbar li qed jagħtu l-frott fl-emanċipazzjoni tal-bniedem. Dan hu proġett li qed jagħmel possibbli lil kull bniedern li jipparteċipa bħala individwu fil-komunita’ umana permezz ta’ għeruq sodi fil-komunita’ lokali u l-identita’ li tagħtih il-lingwa tiegħu, iżda li mhux limitat minħabba fihom.

민족어만의 배타적인 사용은 필연적으로 자기 표현과 소통, 집회의 자유를 침해한다고 우리는 선언한다. 우리는 인류의 해방을 지지한다.

Aħna nħaqqu li l-użu esklussiv tal-lingwi nazzjonali bilfors joħloq xkiel għal-liberta’ ta’ espressjoni, komunikazzjoni u assoċjazzjoni. Aħna moviment li qed jaħdem favur l-emanċipazzjoni tal-bniedem.

Prago, jul. 1996

Prago, jul. 1996

Рэклама